• Home
  • Struzzjonijiet dwar l-użu
  • Kif tordna
  • E-shop
  • Video
  • Agħżel lingwa
  • Kuntatt
English
العربية
Български
Čeština
中文
Dansk
Eesti
Suomi
Français
Hrvatski
Gaeilge
Íslensku
Italiano
日本語
Lietuvių
Latviešu
Magyar
Malti
Монгол хэл
Deutsch
Nederlands
Norsk
Polski
Português
Romaňi
Română
Русский
ελληνικά
Slovensky
Slovenščina
Srpski
Kiswahili
Español
Svenska
ภาษาไทย
Українська
Tiếng Việt

 

  • Kif titgħallem
  • Ir-rispons tal-klijenti
  • Opportunitajiet ta’ kooperazzjoni
  • Iktbilna
Shopping
cart

0,00
Home » Termini

Termini

Termini

Kif tikkonkludi kuntratt

Tranżazzjonijiet individwali jiġu konklużi fuq il-bażi ta’ ordnijiet mill-klijenti li jsiru permezz tal-Internet. Il-preparazzjoni ta’ ordni vinkolanti tista' tkun preċeduta minn offerta mill-fornitur ibbażata fuq talba tal-klijent. Sakemm ma jiġix miftiehem mod ieħor, dawn it-termini japplikaw għal relazzjoni kuntrattwali bejn il-fornitur u x-xerrej.

Ordni

Ordni vinkolanti għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

  • Isem u kunjom il-klijent, indirizz postali (jew indirizz differenti għall-kunsinna ), numru tat-telefon u indirizz e-mail
  • Oġġett identifikat b'mod ċar biex jinxtara u l-ammont
  • L-ordni tista’ tiġi miċħuda jew imħassra jekk ikollha informazzjoni nieqsa, iżda min-naħa tal-fornitur biss.

Konferma tal-ordni

Meta tasal l-ordni, il-fornitur jibgħat konferma tal-ordni lill-klijent permezz tal-posta elettronika. Il-fornitur għandu jibgħat il-konferma tal-ordni lill-klijent fl-iqsar żmien possibbli, mhux aktar tard minn tlett ijiem ta’ xogħol wara li tasal l-ordni. Qabel ma tiġi kkonfermata l-ordni, jista’ jagħti l-każ li jkun hemm bżonn li kull informazzjoni li mhijiex kompluta tiġi ċċarata, u li jitqies ukoll l-istatus tal-istokk disponibbli mill-fornitur. Wara li tiġi kkonfermata, l-ordni għandha titqies mill-klijent bħala ordni vinkolanti- dan il-fatt għandu jiġi rrispettat miż-żewġ partijiet.

Tħassir tal-ordni

Wara li l-ordni tiġi kkonfermata mill-fornitur, kull tibdil fl-ordni jew tħassir tal-ordni għandu jiġi diskuss direttament mal-fornitur. Jekk il-klijent ma jaċċettax l-oġġetti li jkunu ġew ordnati (mingħajr ma jkun avża lill-fornitur minn qabel), il-fornitur jirriżerva d-dritt li jitlob lill-klijent għal ħlas ta’ kanċellazzjoni, li jikkonsisti fl-ammont ta’ spejjeż li jkun nefaq il-fornitur.

Żmien biex issir il-kunsinna

Il-fornitur huwa obbligat li jibgħat l-oġġetti ordnati lill-klijent fl-iqsar żmien possibbli. Normalment ikun hemm bżonn bejn 1 u 5 ijiem ta’ xogħol biex l-ordni tiġi pproċessata mill-faċilità ta’ ħażna fejn il-fornitur iżomm l-istokk tiegħu. Jekk il-fornitur ma jkunx jista’ jipproċessa l-ordni mill-istokk disponibbli, għandu jinforma lill-klijent dwar dan, u għandu jipprovdi data li fiha għandha tiġi pproċessata l-ordni. F'din is-sitwazzjoni, l-ordni normalment għandha ssir fi żmien 4 ġimgħat. F’ċertu każijiet eċċezzjonali, jista’ jkun hemm bżonn ta’ perjodu ta’ żmien itwal.

Kunsinna tal-ordni

Il-fornitur huwa obbligat li jibgħat il-kunsinna skont il-mezzi miftiehma mal-klijent. Il-klijent għandu jħallas CZK 90 għall-ispejjeż ta’ immaniġġar.

Kondizzjonijiet għall-ħlas

Normalment, il-metodu ta’ pagament għal ordni standard mibgħuta mill-fornitur huwa dak ta’ ħlas mal-kunsinna (cash on delivery). Skont il-każ, jista' wkoll isir ħlas fi flus kontanti meta l-prodott jingħata lill-klijent.

Garanzija

Il-garanzija għall-firxa sħiħa hija ta’ 24 xahar.

Ilmenti

L-ilmenti jiġu solvuti fuq bażi individwali, permezz ta’ skambju jew ftehim reċiproku. Il-klijent jista’, għal kwalunkwe raġuni, ittemm il-kuntratt ta' xiri u jirritorna l-oġġetti sħaħ lill-indirizz tal-fornitur. Skont paragrafu 6 tal-Kodiċi Ċivili Nru. 367/2000 kif emendat, il-konsumatur għandu d-dritt li jirtira mill-kuntratt fi żmien 14-il jum minn meta jaċċetta l-merkanzija. Jekk jiddeċiedi li jagħmel hekk, l-oġġetti għandhom ikunu bla ħsara, m’għandu jkollhom l-ebda sinjali ta’ użu, għandhom ikunu fl-imballaġġ oriġinali u sħiħ tagħhom, u għandhom jintbagħtu lura fil-perjodu stipulat (skont id-data li fiha jkunu ntbagħtu). Qabel ma’ oġġett jintbagħat lura lill-indirizz tagħna, nitolbu li jintbagħat avviż formali ta’ rtirar mill-kuntratt tax-xiri (permezz tal-e-mail). Dan għandu jinkludi n-numru tal-ordni. Nitolbu wkoll li tingħata raġuni għad-deċiżjoni (għalkemm dan mhuwiex meħtieġ mil-liġi jew mill-kondizzjonijiet għar-rimborż stipulati minna) - din tgħinna ntejbu s-servizz tagħna. Wara li jaslu l-oġġetti li jkunu ġew ritornati, il-flus jingħataw lura (bl-eċċezzjoni tal-spejjeż għall-kunsinna u l-immaniġġar) billi jintbagħtu direttament fuq l-indirizz tax-xerrej jew permezz ta’ transfer lill-kont tax-xerrej fi żmien 14-il jum ta' xogħol wara li tasal nota ta’ kreditu ffirmata, li tintbagħat lill-indirizz tax-xerrej immedjatament wara li l-oġġetti jkunu waslu u jkunu ġew ikkontrollati fiżikament. L-ebda oġġetti ma jistgħu jintbagħtu lura fuq bażi ta’ ħlas mal-kunsinna (cash on delivery). Pakketti ta’ dan it-tip ma jiġux aċċettati u jintbagħtu lura minnufih lill-mittent.

Skont paragrafu 7 tal-Kodiċi Ċivili 367/2000 kif emendat, il-konsumatur ma jistax jirtira mill-kuntratt tax-xiri:

  • għall-provvista ta’ servizzi li jkunu ġew skarikati bl-approvazzjoni tiegħu qabel ma jgħaddu 14-il jum minn meta jkun aċċetta s-servizzi
  • għal oġġetti jew servizzi, li l-valur tagħhom jiddependi fuq movimenti u ċaqliq fis-suq finanzjarju, b’mod indipendenti mill-fornitur
  • għal prodotti modifikati skont ix-xewqat tal-konsumatur jew għall-persuna tiegħu; dan japplika wkoll għal oġġetti li huma suġġetti għal deterjorazzjoni, therrija jew tiqdim rapidu
  • fil-każ ta’ reġistrazzjonijiet awdjo u video, kif ukoll fil-każ ta’ programmi tal-kompjuter, jekk il-konsumatur jikkawża ħsara lill-imballaġġ oriġinali
  • għal gazzetti, ġurnali u rivisti
  • għal oġġetti li jikkonsistu minn logħob jew lotteriji

Protezzjoni tad-dettalji personali

Aħna nirrispettaw il-privatezza tiegħek. Sabiex inkunu nistgħu nipprovdulek servizz xieraq, għandna bżonn niksbu ftit informazzjoni personali dwarek. Din l-informazzjoni se tiġi protetta mill-abbuż, u qatt m’aħna se ngħadduha lil partijiet terzi. Meta tuża dan il-ħanut online, inti tkun qed taqbel mal-ġbir u l-użu ta’ informazzjoni li tirrigwarda lilek u lill-attivitajiet tiegħek ta' xiri skont il-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq. Billi tipprovdi informazzjoni speċifika, inti tkun qed taqbel li tiġi infurmat/a dwar aħbarijiet u aġġornamenti mill-ħanut online tagħna permezz tal-e-mail jew tat-telefon. F’każ li ma tkunx trid tirċievi din l-informazzjoni, tista’ twaqqaf din il-parti tas-servizz meta tixtieq. Inti tista’ dejjem tiddeċiedi li tħassar ir-reġistrazzjoni tiegħek jew li twettaq kwalunkwe tip ta’ tħassir komplut.

Patent: Pilecký s.r.o., Mokrovraty 177, 262 03 Nový Knín, Česká republika
Operator: GJNP s. r. o., Kloboukova 1231/75, 148 00 Praha 4, Česká republika
Branch: GJNP s.r.o., Mokrovraty 177, 262 03 Nový Knín, Česká republika
tel.: +420 728 715 171, e-mail: info@gjnp.cz
This product is under patent and copyright!
Termini
Kif tordna
Rimborż
Imsieħba