• Home
  • Struzzjonijiet dwar l-użu
  • Kif tordna
  • E-shop
  • Video
  • Agħżel lingwa
  • Kuntatt
English
العربية
Български
Čeština
中文
Dansk
Eesti
Suomi
Français
Hrvatski
Gaeilge
Íslensku
Italiano
日本語
Lietuvių
Latviešu
Magyar
Malti
Монгол хэл
Deutsch
Nederlands
Norsk
Polski
Português
Romaňi
Română
Русский
ελληνικά
Slovensky
Slovenščina
Srpski
Kiswahili
Español
Svenska
ภาษาไทย
Українська
Tiếng Việt

 

  • Kif titgħallem
  • Ir-rispons tal-klijenti
  • Opportunitajiet ta’ kooperazzjoni
  • Iktbilna
Shopping
cart

0,00
Home » Struzzjonijiet dwar l-użu

Struzzjonijiet dwar l-użu

IGMP huwa soluzzjoni għal dawk li:

  • mhumiex midħla ta’ lingwa barranija iżda jixtiequ li jkunu kapaċi jikkomunikaw b’din il-lingwa wara li jqattgħu l-inqas ħin possibbli jitgħallmuha
  • jixtiequ jitgħallmu kif jikkomunikaw malajr; biex wieħed jifhem kif taħdem is-sistema IGMP, ġeneralment għandu jkun biżżejjed il-ħin ta’ kemm idum vjaġġ għas-safar – permezz ta’ kowċ, tren jew ajruplan; wara għandek tkun kapaċi tikkomunika fi kwalunkwe lingwa de facto
  • isibu diffikultajiet biex jitgħallmu l-lingwi barranin
  • ma jixtiequx jitgħallmu mill-“kexxun tal-iskrivanija”
  • ma jixtiequx jitgħallmu informazzjoni li mhijiex prattika u li ma tintuża qatt ħlief f’każijiet rari
  • beħsiebhom jerġgħu jkomplu jużaw jew jistudjaw lingwa barranija wara li jkunu waqfu għal żmien żmien twil
  • jixtiequ jitgħallmu malajr kemm jista’ jkun l-elementi essenzjali biss
  • jixtiequ jitgħallmu, forsi mhux bis-sħiħ iżda mill-aktar fis possibbli, lingwa barranija miktuba permezz ta’ alfabett differenti – “traduzzjoni fonetika”
  • għal skopijiet ta’ speċjalizzazzjoni IGMP, jiksbu tagħrif rigward il-qasam rilevanti b’mod immedjat

Il-vantaġġi li joffri IGMP:

  • grammatika essenzjali ippreżentata fi kwantità żgħira kemm jista’ jkun, imqassma sew grafikament u ppreżentata bl-aktar mod professjonali
  • orjentazzjoni fil-lingwa kważi immedjata grazzi għas-sistema unika li fuqha huwa mfassal
  • tagħlim tal-lingwa ħafna aktar mgħaġġel sa mill-bidu, fehim immedjat tas-sistema IGMP f’sitwazzjonjiet speċifiċi, bħal meta wieħed ikun imsiefer
  • reviżjoni ta’ dak kollu li wieħed diġà jkun jaf dwar il-lingwa kkonċernata
  • taħdit bażiku ppreżentat f’format sempliċi
  • meta tifhem is-sistema ta’ verżjoni ta’ lingwa waħda IGMP tingħata sistema semplifikata tal-forom tal-lingwi IGMP kollha; l-istess informazzjoni għal lingwi oħra ssibha fl-istess post
  • IGMP ġie ddisinjat f’format prattiku “biex jinżamm fil-but”; it-tagħlim jista’ jsir ukoll permezz ta’ eżerċizzji
  • Internet support għal IGMP
  • Estensjonijiet IGMP, li jiffokaw fuq oqsma ta’ interess jew fuq avvenimenti speċifiċi (is-sajd, l-isport, il-kultura, eċċ.), u li permezz tagħhom tista’ tikseb deskrizzjonijiet fil-qosor u immedjati rigward il-qasam li tixtieq

L-istorja wara IGMP

din l-ideja hija prożajka. Waqt li kont qed nara lit-tfal tiegħi jitgħallmu l-Ġermaniż, skoprejt li ma kienux jafu it-tempi tal-futur jew tal-passat tal-verbi. Ħloqt mod biex ngħinhom jitgħallmu – kont qed infittex “sistema”. B’hekk, fl-2004, l-ewwel verżjoni, issa meqjusa bħala “preistorika”, tal-verżjoni IGMP sofistikata tal-lum, saret realtà. Permezz ta’ IGMP biddilt is-sistema tiegħi ta’ kif nitgħallem il-lingwi barranin, u rnexxieli nitgħallem lingwa ġdida fi żmien ġimgħatejn (illum naf 10 lingwi). Ma rridx infisser li dawn il-lingwi nafhom bis-sħiħ, iżda nista’ ngħid li nafhom sew biżżejjed biex nikkomunika bihom.

L-għan ta’ IGMP

mhuwiex li jgħinek titgħallem lingwa barranija, jew li jiġi mqabbel ma’ metodi oħra ta’ tagħlim. Din is-sistema hija ġdida, funzjonali u unika. Hawn nixtieq nenfasizza li d-drittijiet kollha tal-awtur huma riżervati! Il-kopji IGMP awtentiċi tagħna jifilħu ħafna iżjed għall-istrapazz u jistgħu jinxtraw għal prezz aqwa minn dak ta’ kopji illegali.

It-tabella prinċipali tal-ewwel paġna ta’ IGMP fiha l-verbi irregolari u l-verbi l-aktar komuni, irranġati wara xulxin b’mod alfabetiku u tinkludi l-aktar 3 verbi importanti: “jien”, “għandi”, “immur”. Dawn il-verbi xi kultant jissejħu wkoll “verbi awżiljarji” u jintużaw biex jinħolqu t-tempi tal-passat u tal-futur. It-tabella għal uħud mill-verżjonjiet ta’ lingwi tinkludi wkoll il-partiċipju passat, inkluż il-pronunzja.


Il-parti ta’ fuq tax-xellug fiha numri, inkluż ċifri numeriċi bażiċi, skali u sinjali, u numri ordinali , inkluż il-kelma “l-aħħar”. Rigward it-tagħlim tan-numri, nagħtikom parir titgħallmu mill-wieħed sal-għaxra, u, waqt li tkunu qed issuqu, irrepetu n-numri ta’ fuq il-liċenzji tal-karrozzi li jkun hemm għaddejjin fit-triq, l-ewwel in-numri minn 1 sa 10 u mbagħad bl-għaxriet, bil-mijiet u bl-eluf...


Imbagħad imiss it-tqabbil tal-aġġettivi u l-avverbji, kemm dawk regolari kif ukoll dawk irregolari. F’ċertu lingwi m’hemmx differenza bejn l-aġġettivi u l-avverbji. Fil-parti t’isfel fuq il-lemin insibu l-grammatika. Il-“grammatika” tintroduċi l-pronomi bażiċi: jien, int, huwa, hija, huwa/hija, aħna, intom, huma”, segwiti mill-pronomi possessivi u l-forom tagħhom fit-tielet u r-raba’ każijiet. Għalkemm il-lingwa Ċeka għandha 7 każijiet, għall-parti l-kbira tal-lingwi huwa biżżejjed li wieħed ikun jaf l-ewwel, it-tielet u r-raba’ każijiet sabiex ikun jista’ jikkomunika. Minnha nnifisha, il-grammatika fiha wkoll “il-pronomi dimostrattivi” kif ukoll artikli definiti u indefiniti.


Fuq ix-xellug ħdejn in-numri hemm tabella msejħa “arloġġ”, li tippermettilek tesprimi l-parti l-kbira ta’ dawn il-kwistjonijiet. Taħt l-arloġġ jinsabu “l-prepożizzjonijiet” u “l-konġunzjonijiet” , b’indikazzjoni ta’ dawk li huma l-aktar importanti fosthom.


Tabella msejħa “ħin” fiha l-aktar kliem komuni relatat mal-ħin: il-jiem tal-ġimgħa, ix-xhur, l-istaġuni u ż-żewġ linji ta’ taħt, li huma importanti ħafna: “qabel” u “wara” u l-perjodi “minn...” u “sa...”. “L-aktar kliem komuni” empirikament jinsab taħt “ħin”. Għandek dejjem issegwi dawn il-kliem ordinati b’mod alfabetiku, anki jekk mhumiex verbi, nomi jew pronomi.


Taħt din it-tabella hemm, f’ordni alfabetika, l-aktar antonimi komuni. Wara dawn hemm tabella ta’ “verbi irregolari”, li semmejna diġà.


In-naħa tal-lemin fiha verbi regolari editjati. Madwar 170 mill-aktar verbi komuni huma konjugati skont l-eżempji ppreżentati fil-bidu ta’ IGMP, bit-trufijiet immarkati, fit-tempi tal-preżent, tal-futur u tal-passat u fil-forma kondizzjonali skont il-forom u t-trufijiet.


In-naħa ta’ wara tal-IGMP fiha 8 kategoriji: l-ivvjaġġar, il-kummerċ, it-tabib, l-ikel – ix-xorb, il-kuluri, il-familja, l-annimali u l-punti kardinali, akkumpanjati minn frażijiet li jistgħu jiġu mqabbla skont il-kulur.


Tista’ tagħżel ukoll id-disa’ parti, li fiha speċjalizzazzjonijiet li jittrattaw ħafna suġġetti differenti. Tista’ wkoll tordna IGMP speċjalizzat magħmul skont l-ispeċifikazzjonijiet tiegħek. It-tqassim ta’ IGMP f’oqsma differenti jgħinek issib triqtek. Is-sistema ġiet maħluqa sabiex frażijiet simili jew supplimentari jkunu jistgħu jinħolqu mill-materjal li jkun ġie editjat. It-tieni taqsima ta’ din il-paġna fiha madwar 340 mill-aktar kliem importanti; nomi, u fi kwantità iżgħar, verbi u aġġettivi inqas importanti.


Għeżież ħbieb tal-lingwi barranin, Nispera li tieħdu pjaċir tużaw din l-għodda għat-tagħlim u nilqa’ l-kummenti kostruttivi tagħkom sabiex ikun nista’ ntejbu.

Patent: Pilecký s.r.o., Mokrovraty 177, 262 03 Nový Knín, Česká republika
Operator: GJNP s. r. o., Kloboukova 1231/75, 148 00 Praha 4, Česká republika
Branch: GJNP s.r.o., Mokrovraty 177, 262 03 Nový Knín, Česká republika
tel.: +420 728 715 171, e-mail: info@gjnp.cz
This product is under patent and copyright!
Termini
Kif tordna
Rimborż
Imsieħba