• Home
  • Struzzjonijiet dwar l-użu
  • Kif tordna
  • E-shop
  • Video
  • Agħżel lingwa
  • Kuntatt
English
العربية
Български
Čeština
中文
Dansk
Eesti
Suomi
Français
Hrvatski
Gaeilge
Íslensku
Italiano
日本語
Lietuvių
Latviešu
Magyar
Malti
Монгол хэл
Deutsch
Nederlands
Norsk
Polski
Português
Romaňi
Română
Русский
ελληνικά
Slovensky
Slovenščina
Srpski
Kiswahili
Español
Svenska
ภาษาไทย
Українська
Tiếng Việt

 

  • Kif titgħallem
  • Ir-rispons tal-klijenti
  • Opportunitajiet ta’ kooperazzjoni
  • Iktbilna
Shopping
cart

0,00
Home » Kif titgħallem

Kif titgħallem

Għeżież ħbieb tal-lingwi barranin,


Nixtieq nippreżenta sistema u sett ta’ struzzjonijiet dwar kif wieħed jista’ jitgħallem lingwa barranija fl-iqsar żmien possibbli u bl-aktar mod effiċjenti. Din il-gwida hija bbażata fuq l-esperjenza tiegħi. Jien naf bejn 10 u 12-il lingwa u għalija li nitgħallem lingwa ġdida hija xi ħaġa ta’ ftit jiem. Int tista’ tkun l-istess bħali, speċjalment jekk toqgħod f’pajjiż fejn il-lingwa li tixtieq titgħallem hija mitkellma jew jekk qiegħed f’kuntatt ma’ nies li jitkellmu din il-lingwa.

B’mod ġenerali, it-tagħlim ta’ lingwa barranija huwa magħmul minn tliet fażijiet:

  • Li tippronunzja l-kliem tal - lingwa barranija – kważi mill-ewwel
  • Li tisma l-lingwa barranija – dan issoltu jseħħ wara, meta jkollok kuntatt ma’ min ikun imwieled fil-pajjiż u jitkellem il-lingwa tal-pajjiż
  • Li titkellem bil-lingwa barranija b’mod mexxej u li tkun kapaċi taħseb biha – dan iseħħ wara, meta jkun irrnexxielek titgħallem sew vokabularju bażiku ta’ madwar 1000 kelma

Il-ksib ta’ għerf bażiku dwar kwalunkwe lingwa jseħħ permezz tal-pronunzja tal-kliem tagħha u permezz ta’ konoxxenza tajba tal-alfabett tal-lingwa kkonċernata. Huwa biss wara li jinkisbu dawn l-elementi partikolari li wieħed ikun lest għat-tagħlim proprju:

L-ewwel, għandek titgħallem il-pronomi personali (Jien, int, huwa, hija, huwa/hija, aħna, intom, huma). Wara dawn “iva, le, grazzi, jekk jogħġbok, skużani”. Imbagħad jiġu l-frażijiet l-oħra “L-għodwa t-tajba, il-wara nofsinhar it-tajjeb, il-lejla t-tajba, saħħa, kif int”, flimkien ma’ elementi soċjali bażiċi oħra tal-lingwa. Nissuġġerixxi li wara dawn titgħallem l-aktar verbi importanti “kien, kellu u mar”, u li tiżgura li titgħallimhom fit-tempi tal-preżent, tal-passat u tal-futur sa mill-bidu nett. Naħseb li huwa żball li titgħallem il-verbi fit-temp tal-preżent biss, minħabba li ma tistax titħaddet bl-użu tat-temp tal-preżent biss. Wara l-verbi nissuġġerixxi li titgħallem in-numri, li ma tista' tikkomunika fl-ebda lingwa barranija mingħajrhom. Wara n-numri jiġu l-aktar verbi komuni, ovvjament fit-tempi kollha, flimkien ma’ għarfien lingwistiku tajjeb tat-tempi tal-preżent, tal-futur u tal-passat. Imbagħad inkomplu billi nitgħallmu l-ħin, il-forom tal-komparattiv u s-superlattiv tal-aġġettivi, l-avverbji u l-grammatika, jiġifieri l-pronomi personali u possessivi u l-pronomi fit-tielet u r-raba’ każ. Wara dawn jiġu l-pronomi dimostrattivi u l-artikli definiti u indefiniti, segwiti minn kliem ewlenin, kemm dawk għal użu speċjalizzat kif ukoll dawk għal użu ġenerali.

Wara li wieħed jirnexxilu jitgħallem sew dawn il-ħiliet, għandu jkompli bit-tagħlim billi jagħmel użu minn metodu eżistenti – tagħlim personali, tagħlim fi skola jew prattika proprja f’pajjiż barrani, anki forsi permezz ta’ kuntatt ma’ kelliema imwielda fil-pajjiż u li jitkellmu l-lingwa tal-pajjiż.

Ftit għajnuniet:

  • L-aktar lingwa barranija diffiċli biex titgħallem hija l-ewwel waħda. Din il-gwida lingwistika tuża sistema ta’ tagħlim li tagħmilha aktar faċli biex wieħed jitgħallem lingwi oħrajn.
  • Ġie ppruvat li għall-aktar taħdita sempliċi hemm bżonn biss ta' 300 kelma; għal konversazzjoni komuni, 1000 mill-aktar kliem użat huma biżejjed.
  • Tagħlim u prattika ta’ darba fil-ġimgħa jgħinu biss biex wieħed iżomm “il-qagħda”, u mhuwiex biżżejjed biex jinkoraġġixxi titjib. Għalhekk, idealment hemm bżonn ta’ prattika 3 jew 4 darbiet fil-ġimgħa. Tagħlim “mill-kexxun” (ta’ darba jew darbtejn fil-ġimgħa) mingħajr ma tmur fil-pajjiż jew titkellem ma’ nies mill-pajjiż iwassal għal sitwazzjoni fejn iddum 10 darbiet aktar biex titgħallem.
  • Meta tinsab fil-pajjiż fejn il-lingwa hija mitkellma, tippruvax tagħmel użu minn dak li taf fil-lingwi l-oħra u tibdiex tuża l-lingwa.
  • Meta titkellem jew tikteb bil-lingwa, jew tużaha biex tindirizza lil xi ħadd mill-pajjiż, ħu nota ta’ liema espressjonijiet jintużaw u pprova weġibhom b’mod loġiku u naturali permezz ta’ frażijiet li huma simili jew identiċi.
  • F’każ ta’ komprensjoni li mhijiex eżattament perfetta, ipprova ifhem u identifika l-kuntest u t-tifsira ġenerali tal-messaġġ (kemm jekk tinvolvi mistoqsija, kemm fir-rigward tat-temp użat). Anki jekk ma tkunx tista’ tifhem kollox 100%, tinkwetax; ipprova irrispondi għal dak li tifhem, jew staqsi mistoqsijiet li jgħinuk tifhem.

L-iskop ta’ din il-gwida mhuwiex it-tagħlim komplut u perfett ta’ lingwa barranija; li tagħmel hu li tiġbor l-aktar affarijiet importanti li għandek tiftakar waqt li tkun qed titgħallem lingwa, u ma ġietx maħsuba biex tieħu post il-metodi l-oħra għat-tagħlim tal-lingwi.


Nispera li għintkom xi ftit fl-istudji tagħkom, u nawguralkom kull suċċess.


L-awtur tagħkom, Zdeněk Pilecký

Patent: Pilecký s.r.o., Mokrovraty 177, 262 03 Nový Knín, Česká republika
Operator: GJNP s. r. o., Kloboukova 1231/75, 148 00 Praha 4, Česká republika
Branch: GJNP s.r.o., Mokrovraty 177, 262 03 Nový Knín, Česká republika
tel.: +420 728 715 171, e-mail: info@gjnp.cz
This product is under patent and copyright!
Termini
Kif tordna
Rimborż
Imsieħba